|
Il-Madonna f'Dar Evelina
(minn Qed Nistenniek Niezla max-Xita)
Kien iltaqa' maghha fil-Hungry Duck, fil-qalba ta' Moska, fejn sal-hdax
u nofs ta' bil-lejl in-nisa jlegilgu li jridu b'xejn. It-tnejn inzertaw
mal-bar. Hi b'Hanky-Panky. Hu b'Vodka Martini. L-ewwel raw it-tazzi.
Imbaghad harsu lejn xulxin u ntebhu li - bhal speci - kienu wehidhom.
U tiskanta kif kelma, anke fl-ingazzar ta' Moska, iggib l-ohra.
U l-ghada filghodu staghgeb ftit ghax hu u hiereg mill-appartament
daqs nitfa taghha, Evelina taghtu x'jifhem li xtaqet li jergghu
jiltaqghu. U regghu.
U sitt xhur wara kienet mieghu, fid-dar li hallietlu
nanntu, f'rahal zghir f'pajjiz daqs nitfa bejn Sqallija u l-Libja.
Roza - ta' quddiem taghhom, li kienet tqarben lin-nisa xjuh - qalet
li biex sab mara kellu jixtriha. Ohrajn elaboraw ftit izjed u qalu
li xtraha minn fuq l-internet. U kien hemm min kien jitbissem x'hin
jarahom. Bhallikieku kellhom xi haga tac-cajt. M'ghandniex xi nghidu
- xi qassisin u dawk midhla ftit izzejjed taghhom kienu jharsu lejhom
qishom qed jaraw lill-Iskarjota b'kaxxa Hopleaf f'idu. Ghax - ovvja
- dawn kienu qed jghixu fid-dnub. Mhux talli qed jaghmlu s-sess
qabel iz-zwieg, imma talli qed jirregolarizzaw l-irregolari. Ghax
qed jghixu qishom mizzewgin. Anke ghand tal-grocer - marelli - gieli
jmorru flimkien biex jixtru l-butir. U allura kienu jaghtuhom dik
il-harsa. Tal-ahfrilhom ghax - bhallikieku - ma jafux x'inhuma jaghmlu.
Kienu kuntenti. Hi tiehu hsieb id-dar, izzejjen,
issaqqi l-buganvilla, toqtol id-dubbien u ddur bir-rota, u hu mix-xoghol
ghad-dar, mid-dar ghax-xoghol. Qatt ma kienu tkellmu wisq dwar religjon,
hlief dwar l-affarijiet ovvji, tipo dik t'hemm, ara, dik knisja,
jew ftit bi zbrixx, bhal meta, fil-bidu, nehhiet poster ta' l-ahhar
cena mill-kcina ghax ma kenitx taqbel mad-dekor u hu qabel maghha
waqt li ghafasha mieghu. Hu kien Kattoliku. Tghammed, ghamel it-tqarbina
u l-grizma. Imma billi Evelina qatt ma semmietlu quddies u affarijiet
bhal dawn, ma riedx iqajjimhom hu. Sakemm darba - is-Sibt filghodu
- waqt li Evelina kienet qed iddur bir-rota - gabulhom il-Madonna.
"Gibnilkom il-Madonna," qaltlu l-gara,
hekk kif fethilha l-bieb.
Kienu jgerruha mar-rahal kollu. Jibdew minn tarf
u kull dar tghaddiha lil ta' hdejha, sakemm il-Madonna tasal fit-tarf
l-iehor. U f'kull dar taghmillek jumejn - il-bicca l-kbira fil-kcina
tlaqqat ma' wiccha z-zejt mit-tagen tac-cipps. Jew fis-salott, hdejn
is-Super One.
X'seta' jaghmel? Jghidilha li ma jridhiex ghax ma
taqbilx mad-dekor li ghazlet Evelina? Jirrifjuta lill-Madonna? Mhux
lilha jitlob kull darba li jkun fil-waiting room tat-tabib b'weggha
x'imkien? U issa jirrifjutaha? Ma tarax. Dahhalha, poggiha fuq il-mejda
tal-kcina u kompla jaqta' d-dwiefer ta' saqajh. Imbaghad dahlet
Evelina.
"What the hell is that?"
"Xi tridha tkun, Evelina, hi? That's the Madonna."
"And what is the Madonna doing in our kitchen?"
U ghalxejn spjegalha x'kien il-hsieb. Ghalxejn ipprova
juriha li hemm min iqatta' hajtu mehdi f'dawn l-affarijiet. Evelina
qabdet il-Madonna u poggietha taht it-tarag, b'tali mod li biex
taraha ridt titbaxxa qisek diehel taht trakk.
"The Madonna can stay there for these two days."
U ghamel kif jaghmel dejjem. Ghalaq halqu. Ghax
l-argumenti zejda jdejquh.
Imma dakinhar filghaxija - fid-dar bl-isem In-Nann
(b'rispett ghal nanntu li hallithielu) - bdew jigru affarijiet strambi.
Ibda biex inqata' d-dawl. U nqata' taghhom biss. U malli pprova
jtella' s-salvavita, sparat minnha lehha nar li ghal ftit ma xwitlux
idu. Kien tard wisq ghal Guzi l-electrician u allura qatghuha li
dik il-lejla jingabru kmieni. U b'xemgha tinhall ftit ftit fuq kull
naha tal-queen size, imtedd u ccassa lejn is-saqaf u lejn id-dellijiet
strambi li kienu qed jiffurmaw quddiem ghajnejh. U f'nofshom beda
jizviluppa wiehed kbir. Forma ta' vlegga. Anzi. Izjed kwazi sigra
tal-Milied. Le. Beda jidher car kristall ... mara ... bil-velu.
Il-Madonna ta' taht it-tarag! U beda l-holm ikrah. In-nar tal-infern.
It-twerziq. Il-ktajjen. Il-krib. Ix-xjaten u x'naf jien.
L-ghada, x'hin Evelina dahlet mid-dawra bil-mountain
bike, sabet tilqaghha fuq is-sottospekkju l-istatwa tal-Madonna.
"What the fuck is this?"
Dakinhar, ghall-ewwel darba, tlewmu bil-kbir.
|