pierre j mejlak
bio news books reviews awards blog contact
     
 
 
pierre

(ritratt ta' Pawel Herzog)

 

 

 

Pierre J. Mejlak
(mis-sensiela Kittieba ta' Zmienna, In-Nazzjon, 12 ta' Ottubru 2008)

editur: Charles B. Spiteri

Pierre J. Mejlak huwa lehen frisk fil-qalba tal-generazzjoni gdida ta’ kittieba Maltin. Imwieled f’Ghawdex, Mejlak emigra fl-2004 u bhala Malti ta’ barra jforni f’kitbietu osservazzjonijiet akuti izda wkoll laqtiet poetici li jaghtu lill-kitba tieghu dak is-sens imbieghed izda xorta prezenti u attwali. Mejlak, forsi wkoll ghax Malti-Ghawdxi u ghalhekk wild poplu emigrant, ta’ spiss insibuh ihares bl-ghajnejn ta’ l-imsiefer wahdu, li bilfors ikollu jahrab u jinsa xi affarijiet, izda fl-istess waqt, jibqa’ jbandal siequ mid-dinja ta’ barra ghal Malta u lura, fi sforz biex ikompli jistharreg l-identità tieghu.

TFULIJA
Mejlak twieled fl-20 ta’ Lulju 1982. Ommu u missieru trabbew fil-Qala u fin-Nadur rispettivament u Mejlak qatta’ tfulitu fiz-zewgt irhula tal-Lvant ta' Ghawdex. Jghid li kellu tfulija helwa jigri fl-ghelieqi Ta’ Kusbejja, fuq ir-rih tal-Qala, jiskopri ma’ shabu x-xeltrijiet imhaffra tul it-tieni gwerra, jibni l-presepji u jhejji ghall-karnival tan-Nadur minn xhur qabel. “Inzertajt l-ahhar snin qabel ma dahlu fid-djar il-kompjuters u l-loghob elettroniku, li bidlu hafna affarijiet. Il-loghob kollu immaginabbli taghna kien jintlaghab fuq barra, fit-toroq u fl-ghelieqi. Inhossni xxurtjat li gawdejt dik it-tip ta’ tfulija.”

Is-sens rurali jinhass sew fil-kitbiet tieghu. L-ambjent rahli, bil-knisja fic-centru u b’mentalità pjuttost maghluqa ta’ poplu kwazi kburi li xejn ma jinbidel, jidher ta’ spiss f’kitbietu. Huwa l-ambjent li jiddomina l-ewwel rumanz tieghu, Rih Isfel, li kiteb wara zewg rumanzetti ghat-tfal. F’Rih Isfel Mejlak jirrakkonta storja semplici – ta’ tifel li jigi rrappurtat nieqes – imma taht dak li jidher misteru semplici hemm mohbija saffi shah ta’ storja, satira u tifsir, li bihom inezza’ rahal u janalizzah.

Parti sostanzjali mill-ewwel sitt snin ta’ hajtu, Mejlak ghaddiha fil-kazin tal-Partit Nazzjonalista tal-Qala, li kien immexxi minn nanniet tieghu. "Ghalkemm tista' tghid li ma kienx l-izjed child care centre ideali fejn tarbija ssir tifel, minn dak il-kazin tghallimt hafna. U probabbli kien hemm gew, tul dawk l-iljieli xitwija mohbi taht il-mejda tal-billiard, li tghallimt noqghod kwiet u nosserva." Kien f’dan il-kazin, fejn in-nannu tieghu Ganni kien il-barman, ommu s-segretarja tal-kumitat u nanntu Guza “tnaddaf, iddur u taghqad” li c-ckejken Mejlak introduca ruhu mal-politika, ma’ l-argumenti dwarha u mat-tip ta’ djalogi li wiehed jassocja ma’ kazin politiku. It-tifkiriet tieghu ta’ dawn is-snin gabarhom fin-novella Dar ix-Xoghol, li fiha, mill-perspettiva ta’ tifel ta’ hames snin, jiddeskrivi snin turbulenti, li dakinhar ma setax jifhem. In-novella, li fl-2007 rebhet il-Premju ghall-Aqwa Uzu tal-Malti fil-Gurnalizmu, se tifforma parti mill-antologija Qed Nistennik Niezla max-Xita, li se tigi ppubblikata fi Frar 2009 u li se tinkludi 25 novella li Mejlak kiteb fi Brussell bejn l-2006 u l-2008.

Mejlak thabbeb mal-kotba sa mill-ewwel snin tal-primarja. Jistqarr li r-riha ta’ kotba fil-librerija ta’ l-iskola Anton Buttigieg fil-Qala kienet twennsu b’mod stramb. Kien minn din il-librerija fis-sular ta’ fuq ta’ l-iskola li Mejlak skopra l-kotba ta’ hafna kittieba, fosthom ta' Trevor Zahra, influwenza ewlenija f’kitbietu. Huwa jghid li meta skopra l-magija tal-kotba – l-effett li ktieb tajjeb ihalli fuq il-qarrej - ma kellu l-ebda xewqa ohra ghajr li la jikber isir kittieb. Fil-fatt beda jikteb ta’ età tenera u ta’ 14-il sena kiteb Trab Abjad, avventura ghat-tfal, li l-PIN ippubblikat ftit snin wara.

ADOLOXXENZA
Mejlak qatta' l-bicca l-kbira ta' l-adoloxxenza tieghu fil-MUSEUM tan-Nadur, minn fejn jistqarr li tghallem hafna. Kien hemm li skopra d-dinja tal-pubblikazzjonijiet. Apparti li ghal snin shah editja r-rivista ta' kull xahar li kienu jippubblikaw fil-MUSEUM, beda jiffamiljarizza ruhu ma' l-istampar. "Hemm tghallimt il-process tal-pubblikazzjoni - mid-dummy ckejken li fuqu tfassal it-taqsimiet ta' rivista sa l-istampar b'magna gestetner, l-istejpiljar u t-tini ta' kull fuljett. Hemm thabbibt mar-riha tal-linka u tal-karta stampata. U, fuq kollox, hemm tghallimt li jekk se taghmel bicca xoghol regolari trid tahseb bil-quddiem biex qatt ma tinqabad fuq sieq wahda." Tant entuzjazma ruhu li wara ftit snin beda jahseb biex jippubblika r-rivista tieghu stess u li fiha seta’ jikteb li jrid bla ma jintrabat ma’ tema religjuza jew ma’ linja moralistika. U f'Jannar ta' l-1996 l-holma tieghu saret realtà meta harget l-ewwel harga ta' Il-Fwieha tan-Narcisa, rivista ckejkna kollha artikli ta' interess generali, li kien jiktibhom hu stess. “Dakinhar kien ghad ma kellix kompjuter u allura kont nittajpjaha kollha bit-typewriter. L-akbar ugigh ta’ ras ma kenitx il-linka li kultant kienet tizzelleg xi ftit imma l-fatt li bit-typewriter ma stajtx tahdem bil-lejl ghax kont tqajjem lil tad-dar u lill-girien. Meta mbaghad xtrawli kompjuter ghalija bdiet hajja gdida, fejn f’daqqa wahda stajt nahdem bl-akbar kumdità.” Ir-rivista, li bdiet bhala fuljett umli li kien jikteb, jittajpja, jiffotokopja u jghaddiha lil ftit qraba u hbieb, ma waqfitx tikber u hames snin wara spiccat rivista ta' madwar 30 pagna stampata bil-kulur, bi skema ta’ abbonament ta’ zewg liri fis-sena u mibghuta lil ftit mijiet ta' qarrejja. Kien permezz ta' din ir-rivista li Mejlak beda jiehu l-kitba bis-serjetà. “Kien grazzi ghaliha li bdejt nikteb kuljum. U apparti li tatni sodisfazzjon kbir, laqqghetni ma' hafna nies li minn dejjem ammirajt u li llum nghoddhom bhala hbieb tal-qalb."

ZGHOZIJA
Ma' l-ahhar harga ta' Il-Fwieha tan-Narcisa, Mejlak sab ruhu fid-dinja tal-gurnalizmu, jahdem bhala kap tat-taqsima ta' l-ahbarijiet fuq stazzjon tar-radju nazzjonali, jipprezenta programmi ghar-radju, jeditja bosta rivisti, u jizviluppa l-idea ta' gurnalizmu elettroniku Malti. Apparti snin jahdem f’dak li kien l-uniku stazzjon tar-radju nazzjonali bbazat f’Ghawdex (Calypso FM), fejn ipproduca fost l-ohrajn mas-sittin programm dwar kantanti u gruppi rock leggendarji, Mejlak kien wiehed mill-pijunieri tal-gurnalizmu elettroniku Malti. “Id-dhul ta’ l-internet f’Malta kien zmien eccitanti. F’daqqa wahda t-televizjoni u r-radju ma baqghux l-unici mezzi biex tinghaqad mad-dinja ta’ barra. Issa, bl-internet, id-dinja kollha kienet kwazi dahlet fil-kamra tas-sodda tieghek.” Kien fost l-ewwel haddiema ta’ MaltaMedia, kumpanija li zviluppat l-ewwel website dwar Malta fuq l-internet – aboutmalta.com – u dahlet il-kuncett ta’ gurnalizmu elettroniku Malti. Ghas-sehem tieghu f’din il-fergha ta’ gurnalizmu Mejlak rebah il-Malta Journalism Award darbtejn. Kien waqt esperjenza gurnalistika tieghu barra minn Malta li Mejlak beda jixxennaq ghal hajja f'belt kbira. “F’daqqa wahda bhal skoprejt li z-zmien ghaddej u li niesi ta’ dik l-età kienu kollha telqu jduqu hajja f’pajjiz akbar. Bdejt nixxennaq ghal hajja ftit izjed anonima u daqsxejn anqas prevedibbli.” Il-hajja fil-bliet, bl-eccitament u s-solitudni li taf iggib maghha, hija tema rikorrenti fl-ewwel gabra ta' novella li Mejlak kiteb fi Brussell. Uhud minnhom xandarhom ghall-ewwel darba permezz tal-blogg tieghu - wiehed mill-ewwel bloggs bil-Malti u li ghamel lil Mejlak kittieb popolari, b'mijiet ta' qarrejja jfittxuh regolarment.

Mejlak ilu jghix fi Brussell sa mill-2004, fejn jahdem bhala kittieb u traduttur. Madankollu Malta tibqa' fil-qalba ta' kitbietu. "Malta hi parti minni. U ngorrha mieghi. Biex tinsa lil pajjizek trid tinsa lilek innifsek. U allura nahseb li hi normali li tidhol hafna f'kitbieti. Fuq kollox ma naf l-ebda ambjent daqs kemm naf l-ambjent Malti.” Jistqarr li wahda mill-isbah affarijiet li tghix fil-qalba tal-kontinent hija s-sens ta’ berah. “Il-generazzjoni tieghi hija generazzjoni ffortunata. Il-fatt li f’daqqa wahda l-Ewropa saret pajjizna u nistghu mmorru fejn irridu, nahdmu fejn irridu u nghixu fejn irridu, hija xi haga impressjonanti - l-izjed meta tqis it-tbatijiet kbar u burokratici li ghaddew minnhom emigranti ohra Maltin li xtaqu jghixu f’pajjiz iehor.”

KOTBA
Wara l-ewwel zewg kotba tieghu ghat-tfal, Trab Abjad u Meta Nstabu l-Angli, Mejlak qaleb ghall-Malti zewg kotba mdaqqsa - gabra ta' stejjer mill-Bibbja ghat-tfal, li biha rebah it-tieni post fil-Premju Letterarju Malti, u l-ewwel enciklopedija ghat-tfal bil-Malti, li biha Mejlak sar l-izghar kittieb Malti li qatt rebah il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Hafna stejjer qosra tieghu ghat-tfal dehru wkoll, fil-frattemp, f'bosta antologiji, fosthom Senduq u Kalejdoskopju. F'Dicembru 2008 se jigi ppubblikat ktieb iehor li Mejlak addatta ghat-tfal u li did-darba jittratta, b'mod frisk u originali, il-hajja ta' Gesù. Imbaghad, fi Frar 2009, Mejlak ifakkar l-10 anniversarju mill-pubblikazzjoni ta' l-ewwel ktieb tieghu bil-hrug ta' gabra gdida ta' stejjer qosra u friski, li jirriflettu generazzjoni gdida ta' Maltin li jharsu lejn pajjizhom mill-boghod.

 
 

              ©2006 Pierre J Mejlak. Site by: briangrech